It-tennista mill-Belarus Aryna Sabalenka rebħet il-plejer tas-sena 2024 tad-WTA wara 12-il xahar eċċellenti fejn kisbet suċċess wara l-ieħor. Barra żewġ unuri li rebħet, Sabalenka telgħet fl-ewwel post tar-rankings mondjali.
Hi għelbet lil Qinwen Zheng 6-3, 6-2 sabiex rebħet l-Australian Open filwaqt li għolliet ukoll trofew ieħor, dak tal-Open tal-Istati Uniti wara li għelbet fil-finali lil Jessica Pegula 7-5, 7-5. Bosta segwaċi tagħha ferħulha għal dan is-suċċess li kisbet fuq il-midja soċjali.