Monday, May 13, 2024

Sabulu kanċer f’għajnejh… ma jistax jingħata kura għax ġej minn familja fqira

Aqra wkoll

Fabian hu tifel li jgħix il-Perù. Fl-aħħar jiem il-ġenituri tiegħu ħaduh għand il-missjunarju Għawdxi Dun Raymond Portelli li hu tabib bi professjoni.

Mill-eżamijiet mediċi li saru fuq Fabian ħareġ li għandu kanċer f’għajnejh, iżda l-problema hi li l-ġenituri ma jistgħux joffrulu kura minħabba li huma foqra ħafna.

It-tifel għandu bżonn jittieħed lejn il-kapitali Liam biex jingħata t-trattament bit-tama li jfieq u jibqa’ jgħix ħajja normali.

Għalhekk Dun Raymond Portelli qiegħed jagħmel appell lil Maltin u lil Għawdxin kollha biex dawk li jixtiequ jgħinu lil Fabian ikellmuh. Jistgħu jibgħatulu messaġġ fuq Whatsapp fuq 0051965764816 u Dun Raymond Portelli jigwida lil persuna kif tista’ tibgħat id-donazzjoni.

Sport