Saturday, September 14, 2024

Sadio Mane indeċiż dwar il-futur tiegħu

Aqra wkoll

Il-futur tal-attakkant Sadio Mane ma’ Bayern Munich għadu ferm inċert hekk kif qed jiġi segwit minn diversi klabbs mill-Arabja Sawdija. Minkejja kollox, jidher li l-iskorer prolifiku Senegaliż jixtieq li jibqa’ sena oħra fil-Bavarja għalkemm xorta mhux ċert għalkollox.

Episodju partikolari dwar il-frustrazzjoni tiegħu fil-Ġermanja ġara ftit minuti qabel is-sessjoni ta’ taħriġ ma’ Bayern Munich fejn il-ġurnalisti saqsewh hux se jibqa’ jew le magħhom. Ir-risposta tiegħu kienet skjetta.

“Xi tridni ngħidilkom? Ilkom staġun sħiħ toqtluni bil-kummenti tagħkom u issa tridu risposta?”

Fl-istaġun li għadda, Mane skorja seba’ gowls biss f’25 partita ma’ Bayern Munich.

Ekonomija

Sport