Sadio Mane irrifjuta li jwieġeb xi mistoqsijiet dwar il-futur tiegħu qabel il-finali taċ-Champions League tas-Sibt.
Il-player internazzjonali tas-Senegal, kif ukoll sieħbu Mohamed Salah, fadallu sena biss fil-kuntratt tiegħu u inevitabbilment ġie marbut ma’ trafsreiment ma’ xi club ieħor.
Minkejja l-inċertezza dwar jekk hux se jiffirma termini ġodda ma’ Liverpool, Salah insista li se jqatta’ l-istaġun 2022-23 f’Anfield.