Issa hija uffiċjali. L-attakkant internazzjonali Senegali ta’ Bayern Munich, Sadio Mane, se jitlef il-finali tat-Tazza tad-Dinja minħabba injury fl-irkoppa li sofra fir-rebħa ta’ 6-1 fuq Werder Bremen.
Mane lanqas lagħab 20 minuta. Wara li ħass l-injury, huwa malajr talab li jiġi sostitwit.
Minkejja li Bayern kienu kunfidenti li ma kellu “xejn serju” u jista’ jkun fit-Tazza tad-Dinja, ir-rapporti tal-Erbgħa filgħodu żvelaw li mhux se jkun jista’ jgħin lit-team nazzjonali tiegħu fil-Qatar. Dan minħabba li Mane ġie ordnat biex jistrieħ għal ħames ġimgħat.
Huwa għandu problema fl-għerq tal-irkoppa. Is-Senegal għalhekk se jitilfu l-aktar player importanti tagħhom għat-tournament.
Keemm Bayern kif ukoll Mane ttamaw li kienet sempliċi daqqa ħafifa iżda t-testijiet urew il-gravitá tal-injury.
Din se tkun daqqa kbira għat-team nazzjonali Senegaliż hekk kif l-ewwel logħba tagħhom se tkun dik kontra l-Olanda.