Sunday, December 22, 2024

Saħħet il-leġġendarju Brażiljan Pelé qed tkompli teħżien

Aqra wkoll

Saħħet il-leġġendarju Brażiljan, Pelé, qed tkompli teħżien hekk kif sar magħruf li kanċer qed ikompli javvanza u jinfirex ma’ ġismu kollu. 

Pelé, li għandu 82 sena, ilu tliet ġimgħat l-isptar u mistenni jqatta’ l-Milied hemmhekk. 

Kelliem għall-isptar Albert Einstein qal li: “Il-marda tal-kanċer ta’ Pelé qed tipprogressa aktar u għaldaqstant jeħtieġ kura akbar minħabba li organi renali u kardijaċi mhux qed jiffunzjonaw.”

Pelé tneħħielu tumur fl-imsaren, f’Settembru 2021 u minn dakinhar kellu trattament regolari.

“Missieri mhux se jkun magħna d-dar fil-Milied,” kitbet bint Pelé, Kely Nascimento, fuq Instagram.

“Iddeċidejna mat-tobba li, għal diversi raġunijiet, ikun aħjar għalina li nibqgħu hawn bil-kura kollha li qed tagħtina din il-’familja ġdida’ f’Einstein.”

Fil-jiem li għaddew stqarrija tal-isptar kienet tgħid li “Pelé kellu rispons tajjeb għat-trattament għall-kura tal-infezzjoni respiratorja” u żiedet li kien għaddej minn “valutazzjoni mill-ġdid tat-trattament tal-kimoterapija.”

Peró issa saħħtu qed tmur lura b’mod gradwali. 

Ekonomija

Sport