Wednesday, December 25, 2024

“Sajjetta fil-bnazzi”, “Ħallejtna kmieni” … Bosta maħsudin bil-mewt ħabta u sabta tad-DJ Bjorn Borg

Aqra wkoll

“Sajjetta fil-bnazzi.” “Ħallejtna kmieni.” Dawn kienu fost il-bosta kummenti li tħallew fuq il-midja soċjali hekk kif ġriet l-aħbar li Bjorn Borg, DJ magħruf fix-xena mużikali lokali, miet ħabta u sabta.

Fost il-kummenti li tħallew jispikka l-karattru ferrieħi ta’ Bjorn li kellu 31 sena, b’bosta jisħqu wkoll kemm kienu jsibu kenn fih meta kienu jinħtieġu għajnuna.

“Grazzi ta’ kemm kont tibgħatli meta nkun ħażin!” jgħid wieħed mill-messaġġi.

Fost il-messaġġi li tħallew ma naqsux ukoll messaġġi minn DJs oħrajn fix-xena mużikali lokali.

Ekonomija

Sport