Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fil-Parlament semma kif nhar il-Ħadd sajjetta tajritlu xi ħaġa fid-dar u hu faħħar lill-ħaddiema tal-Enemalta li marru għandu fi żmien qasir u rranġaw il-ħsara.
Il-Ministru Miriam Dalli wkoll irringrazzjat lill-ħaddiema tal-Enemalta għax-xogħol tagħhom, b’mod speċjali għall-inkonvenjent li jista’ jinqala’ f’dawn iż-żminijiet li fihom ikollna ġranet ta’ maltemp.