Sajjied instab ħaj fl-Oċean Paċifiku wara li qatta’ 95 jum mitluf fil-baħar.
Ġie rrapurtat li Máximo Napa Castro, ta’ 61 sena, telaq fuq id-dgħajsa tas-sajd tiegħu fis-7 ta’ Diċembru minn Marcona, belt kostali fin-Nofsinhar tal-Peru, iżda l-maltemp wassal biex jitbiegħed minn triqtu u spiċċa tilef id-direzzjoni.
Huwa nstab fil-11 ta’ Marzu minn dgħajsa tas-sajd li fuqha kien hemm sajjieda mill-Ekwador, f’ibħra ‘l barra mill-kosta tat-Tramuntana tal-Perù.
F’kumment li ta lill-midja internazzjonali u li fiha kien jidher tant emozzjonat, is-sajjied qal li rnexxielu jgħix għax xorob l-ilma tax-xita li ġabar fuq id-dgħajsa u kiel diversi insetti, għasafar u fekruna
It-tifla tas-sajjied Inés Napa Torres irringrazzjat lis-sajjieda tal-Ekwador talli salvaw il-ħajja ta’ missierha.