Sunday, December 22, 2024

Sal-2024 il-karti tal-ewro se jkollhom disinn kompletament ġdid

Aqra wkoll

Il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) qal li se jkun qiegħed jagħżel disinn ġdid għall-karti tal-flus ta’ ewro, liema disinn jidħol fis-seħħ mhux iktar tard mis-sena 2024. Il-munita ewro kienet ġiet introdotta fl-1999, u l-muniti u l-karti kienu ġew imnedija fl-2002. 

Il-President tal-ECB Christine Lagarde qalet li wara 20 sena issa huwa ż-żmien li jsir disinn aġġornat tal-karti tal-ewro li jkunu jappellaw iktar għall-Ewropej ta’ kull età u sfond. Hija tenniet li d-disinn il-ġdid se jkun wieħed ta’ simbolu ċar ta’ Ewropa magħquda speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi. 

Fid-dawl ta’ dan, l-ECB se jkun qiegħed joħloq focus groups li se jkunu qed jiġbru l-opinjonijiet tal-poplu taż-Żona Ewro. Apparti hekk, se jkun iffurmat ukoll grupp ta’ espert ġejjin minn kull pajjiż taż-Żona Ewro biex jagħti lista tat-temi l-ġodda proposti. Dan il-grupp se jkun ifformat minn storiċi, xjentisti soċjali, artisti u anke esperti tat-teknoloġija.

Ekonomija

Sport