Ir-Reġina Eliżabetta II baqgħet sal-aħħar ta’ ħajjitha tittama lil Harry u Meghan jirritornaw u jingħaqdu lura mal-familja. Minkejja kull talba tar-Reġina biex “in-nepputi favour” jerġa’ lura, missieru r-Re Karlu kien aktar deċiżiv fejn keċċa lill-koppja anke mid-dar tagħhom Frogmore Cottage.
Anke fuq is-sit uffiċjali tal-familja Irjali Ingliża kien hemm tibdil fejn Harry tnaqqsitlu ferm l-importanza. Ir-Reġina kienet tinsisti ma’ kulħadd biex il-bieb għal Harry m’għandu qatt jingħalaq u jekk jiddeċiedi li jerġa’ lura dan għandu jingħata kull dritt daqs ħuħ.
Persuni qrib sew il-familja Rjali dejjem qegħdin jagħtu verżjonijiet differenti x’wassal eżatt biex Harry u Meghan jitilqu mil-lussu u assulutament ma jridx imorru lura.
“Ir-Reġina Eliżabetta II baqgħet sal-aħħar mumenti sakemm mietet tistaqsi dwar Harry. Aktar minn hekk baqgħet ittama li qabel ma tmur ikun hemm rikonċiljazzjoni bejn il-familja bit-tama li l-familja ta’ Harry terġa’ lura fir-Renju Unit u magħquda fil-familj,” qal sors qrib il-familja Rjali li tkellem mal-midja Ingliża.