L-Istitut għall-Istudji Turistiċi, minn Ottubru li ġej, se jkun qed joffri firxa wiesa ta’ programmi ta’ studju li jwasslu għal karriera fl-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu, minn korsijiet ta’ Foundation level sa Master’s Degree.
L-Istitut, se jkun qed joffri kemm programmi ta’ studju full-time kif ukoll part-time, b’uħud mill-korsijiet mistennija jkollhom għadd ta’ lezzjonijiet fi ħdan il-campus tal-ITS kif ukoll onlajn.
Fost il-korsijiet li huma mgħallma fl-ITS u li bihom wieħed jista’ jaspira karriera fis-settur turistiku hemm l-immaniġġjar internazzjonali fl-ospitalità, l-ivvjaġġar u t-turiżmu, l-arti kulinarja, korsijiet ta’ gwida għat-turisti, l-interpretazzjoni tal-patrimonju tagħna, Diploma fl-ivvjaġġar favur il-klima, Baċellerat tax-Xjenza fl-Immaniġġjar tas-Sigurtà tal-Għadis u l-immaniġjar tal-kmamar.
L-applikazzjonijiet huma miftuħa sal-aħħar ta’ Awwissu u jistgħu jinstabu fuq www.its.edu.mt
Persuni li għadhom jeħtieġu jagħmlu l-O level’s jew l-A level’s jistghu japplikaw anki minn issa stess.
Għal aktar tagħrif tista’ żżur www.its.edu.mt