Saturday, December 21, 2024

Sal-bieraħ kienu tlaqqmu 11,705 persuna … 154 każ ġdid … Ifiqu 121 persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mit-3,239 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 154 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 121 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi naqas bi ftit  għal 2,784.

Intant l-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw li sal-bieraħ 11,705 persuna kienu ġew imlaqqma bl-ewwel doża tal-vaċċin.

Sfortunatament fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ anzjani ta’ 73 sena u 84 sena wara li rriżultaw pożittivi għall-virus waqt li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.

Ekonomija

Sport