Friday, November 15, 2024

Salah irid jibqa’ ma’ Liverpool … jgħid il-Ministru tal-Isport Eġizzjan

Aqra wkoll

Mohamed Salah għandu l-ħsieb li jiffirma ftehim ġdid ma’ Liverpool, qal il-Ministru tal-Isport Eġizzjan, Ash­raf Sobhi.

Sobhi qal li ta parir lil Salah, 29 sena, biex iħalli Anfield, biss l-attakkant qal li x’aktarx jestendi l-kuntratt li jdum sa Ġunju, 2023.

“Għidtlu parir biex ikompli l-vjaġġ tiegħu fi club ieħor għajr Liverpool, iżda d-direzzjoni tiegħu issa hija li jġedded il-kuntratt tiegħu,” qal Sobhi.

Il-manager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, qal li kien “kuntent” bil-progress fuq ftehim ġdid.

“Il-partijiet deċiżivi qed jitkellmu ma’ xulxin u dak kollu li għandi bżonn,” qal Klopp.

F’Jannar Salah qal li ried jibqa’ ma’ Liverpool iżda l-futur tiegħu kien f’idejn il-club.

“Huma jafu dak li rrid. Jien mhux qed nitlob għal xi ħaġa tal-ġenn,” huwa qal lil rivista dak iż-żmien.”

Rapporti reċenti jsostnu li Salah jinsab viċin li jaqbel ma’ ftehim ta’ erba’ snin li jiswa £400,000 fil-ġimgħa f’pagi, wara li kkomprometta s-salarju bi skambju għal kuntratt itwal.

Sobhi qal li l-konversazzjoni tiegħu ma’ Salah saret wara t-telfa bil-penalties tal-Eġittu fil-play-off ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-ġimgħa li għaddiet kontra s-Senegal.

“Għidtlu biex jinsa dak li ġara u jiffoka fuq dak li jmiss,” qal Sobhi.

Huwa ffirma estensjoni tal-kuntratt sena wara, wara li skorja 44 goal fl-istaġun tad-debutt tiegħu.

Liverpool rebħu ċ-Champions League fl-2019 u l-Premier League fl-2020.

Ekonomija

Sport