Fost il-kaos fit-tieni taqsima tar-rebħa ta’ Liverpool kontra Manchester United, Mohamed Salah kiteb l-istorja.
Bil-goal tiegħu li poġġa lir-Reds sitta fil-vantaġġ – fi triqthom lejn rebħa ta’ 7-0 – l-attakkant Eġizzjan sar l-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Liverpool fil-Premier League.
Salah skorja l-128 u l-129 goals tiegħu f’205 dehra fil-kampjonat għal Liverpool nhar il-Ħadd.
Bid-doppjetta tiegħu kontra l-United, Salah irnexxielu saħansitra jaqbeż lill-player magħruf bħala ‘God’ f’moħħ il-partitarji tar-Reds.
Salah għadda lil Robbie Fowler bħala l-aqwa skorer ta’ Liverpool fl-istorja tal-Premier League. Kemm huwa xieraq li jagħmel dan f’Anfield u kontra min iktar mill-United.
U kif kien se jiċċelebra? “Mal-familja tiegħi u nieħu te tal-kamomilla u norqod,” wieġeb l-idolu ta’ Liverpool.
Huwa temm kontrattakk sajjetta billi fajjar konklużjoni għolja wara David de Gea fis-66 minuta għall-ewwel goal tiegħu u r-raba’ ta’ Liverpool, biex sar l-ewwel player ta’ Liverpool li skorja f’sitt dehriet konsekuttivi fil-kompetizzjonijiet kollha kontra l-United.
Imbagħad goal skabruż fit-83 minuta aċċerta ir-rekord tal-goals, u l-10 goal tiegħu kontra l-United fil-Premier League – aktar minn kull player ieħor.