Mohamed Salah u Sadio Mane … u anke Naby Keita … jistgħu jitilfu numru ta’ logħbiet importanti għal Liverpool madwar il-bidu tas-sena.
Skond rapporti, Liverpool qed jippjanaw li jagħmlu taħditiet bil-ħsieb li jimminimizzaw il-ħin li plejers tar-Reds se jqattgħu fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika ta’ dan l-istaġun. Jurgen Klopp qed jiffaċċja l-possibbiltà li jkun mingħajr numru mill-akbar stilel tiegħu għal tmien logħbiet tal-Premier League madwar il-bidu tas-sena.
Sadio Mane u Salah, li huwa bla dubju l-aqwa plejer fid-dinja fil-forma preżenti, se jitilqu minn Liverpool fix-xhur tax-xitwa biex jieħdu sehem fil-kampjonat għas-Senegal u l-Eġittu rispettivament.
Sadanittant, Naby Keita aktarx jissejjaħ ukoll għall-Guinea, b’Liverpool se jkunu mġiegħla jbiddlu l-andament tal-iskwadra tagħhom fin-nuqqas ta’ dawn il-players.
It-tournament huwa skedat li jibda mid-9 ta’ Jannar sas-6 ta’ Frar tas-sena d-dieħla, bir-regoli tal-FIFA jgħidu li t-timijiet li jikkwalifikaw jistgħu jitolbu li l-plejers tagħhom jinħelsu mis-27 ta’ Diċembru.