Il-club tas-Serie A, Salernitana, li jinsab fis-16-il post fil-klassifika, keċċa lill-coach Davide Nicola għat-tieni darba f’31 jum. Nicola, 49 sena, reġa’ ġie maħtur minn Salernitana fit-18 ta’ Jannar – jumejn biss wara li kien tkeċċa wara t-telfa 8-2 minn Atalanta.
Maħtur oriġinarjament fi Frar tas-sena l-oħra, huwa ġie sostitwit mill-eks coach ta’ Fiorentina, Paulo Sousa.
Matul iż-żewġ perjodi l-club tilef sebgħa, ġie draw tnejn u rebaħ darba mill-aħħar 10 logħbiet tiegħu fil-kariga.