Salernitana evitaw ir-riskju li jitkeċċew mis-Serie A wara li l-azzjonisti tal-klabb aċċettaw offerta tal-bejgħ tal-ishma tagħhom ftit qabel l-iskadenza tal-31 ta’ Diċembru.
Il-problema kienet li Salernitana, li ġew promossi mis-Serie B l-istaġun li għadda, kienu ko-proprjetarji taċ-chairman ta’ Lazio, Claudio Lotito, u r-regolamenti ma jippermettux li żewġ clubs fl-istess diviżjoni jkollhom l-istess sid.
Il-klabb minn Salerno ddaħħal fil-kampjonat tas-Serie A wara li Lotito poġġa lill-klabb għall-bejgħ bil-kundizzjoni li jinstab sid permanenti ġdid malajr.
L-azzjonisti aċċettaw offerta minn Danilo Iervolino, in-negozjant ta’ Pegaso University …. li hija campus miftuħa bbażata fuq l-internet.