Saturday, December 21, 2024

Salima Mukansanga – l-ewwel referee mara li tikkontrolla fl-AFCON

Aqra wkoll

Fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani nkitbet paġna ġdida meta fil-partita bejn Zimbabwe u Guinea (2-1) it-terna arbitrali kienet magħmula minn uffiċjali femminili. 

Dan il-konfront kien ikkontrollat minn Salima Mukansanga (Rwanda) u kienet assistita minn Fatiha Jermoumi (Marokk) u Carine Atemzabong (Kamerun) filwaqt li Bouchra Karboubi (Marokk) kienet ir-raba’ uffiċjal. 

Mukansanga, li kellha prestazzjoni mill-aqwa, il-pajjiż fl-Afrika tal-Lvant li ġejja minnu, matul is-snin ħadem għall-emanċipazzjoni tan-nisa u  l-istorja ta’ din ir-referee mhux biss se tispira lin-nisa f’art twelidha iżda lill-bqija tal-Afrika u d-dinja in ġenerali.

Hija diġà ġiet assenjata f’dan it-tournament meta kienet responsabbli mill-VAR waqt il-logħba bejn Guinea u Malawi iżda l-partita bejn Zimbabwe u Guinea kienet il-qofol tal-karriera tagħha.

Imwielda u trabbiet fid-distrett ta’ Rusizi, Mukasanga għandha l-Grad ta’ Baċellerat fl-Infermiera u l-Qwiebel mill-Università ta’ Gitwe u kienet qed taspira li ssir player tal-basketball qabel ma l-imħabba tagħha daret lejn il-logħba tal-football. 

Fl-2008, hija bdiet tikkontrolla partiti fir-Rwanda Premier League u fil-kampjonat tan-nisa u wara ngħatat il-badge tal-CAF biex tibda tikkontrolla partiti f’logħbiet internazzjonali ta’ dan il-kontinent.

B’hekk hija fetħet it-triq għal aktar referees femminili li l-interess kull ma jmur qed jikber f’dan il-kontinent. 

Ekonomija

Sport