Sunday, November 24, 2024

SALVA QATTUSA U MA TRIDX TITILQU

Aqra wkoll

Ħaddiema tas-salvataġġ li kien xogħol biex isalva persuni mit-terremot fit-Turkija salva qattusa u din min-naħa tagħha bl-ebda mod ma ridet titilqu.

Ali Cakas ħaddiem tal-protezzjoni Ċivili Tork waqt li kien għaddej bil-ħidma taħt it-tifrik lemaħ qattusa li għamel minn kollox biex isalva.

Hekk kif ħariġha minn taħt it-tifrik, ħaddiema oħrajn ipprovaw jeħduha bit-tama li jagħtuha l-kura. Iżda l-qattusa minkejja li kienet ilha sigħat sħaħ tat-tifrik bl-ebda mod ma ridet tħalli lil persuna li salva.

X’ħin ra hekk, il-ħaddiem mill-ewwel ta isem “Enkaz” bil-lingwa Torka tfisser “terrapien”. Hu ħadha d-dar miegħu u llum qegħdin jgħixu flimkien.

Intant f’aktar żviluppi mit-Turkija, esperti qegħdin jgħidu li aktar minn 70,000 binja jridu jaqgħu u ħadd ma jista’ jidħol fihom. Dawn apparti l-eluf ta’ binijiet oħrajn li diġà waqgħu.

L-Awtoritajiet Torok qalu li qegħdin joħorġu lin-nies minn djarhom minħabba periklu kbir li dawn jaqgħu. Apparti dawk li tilfu djarhom, kien hemm kważi 400,000 oħrajn li ġew evekwati minn djarhom.

Sport