Sunday, December 22, 2024

Salvat Fjamingu wara li nstab midrub f’Għawdex

Aqra wkoll

Ilbieraħ waranofsinhar Birdlife kienu mpenjati f’ħidma biex isalvaw Fjamingu li kien ferut ‘il barra mill-kosta t’Għawdex, eżatt bejn ix-Xlendi u Ta’ Ċenċ.

L-għasfur instab jgħum fil-baħar allegatament bla saħħa biex itir wara li xi ħadd spara lejh. Hu nġabar bl-għajnuna tal-pubbliku li ħadu lill-Fjamingu lejn ix-xatt biex b’hekk ingħata f’idejn l-awtoritajiet.

Birdlife qalet li bħalissa hu żmien li dawn it-tip ta’ għasafar ipassu minn fuq il-gżejjer Maltin u hija ħasra li allegatament għad hawn min qiegħed ispara fuqhom. 

L-NGO tallega li mhux qiegħed ikun hemm pulizija biżżejjed biex jispezzjonaw l-ammont ta’ kaċċaturi li hawn fil-pajjiż. Birdlife tgħid li b’kollox hawn madwar 10,000 liċenzja ta’ kaċċaturi. Tgħid li f’Għawdex is-sitwazzjoni hija ħafna agħar minn Malta minħabba li l-EPU mhux permessi li joperaw fil-gżira, iżda huma l-pulizija stazzjonati Għawdex li max-xogħol kollu li għandhom iridu jħallqu wkoll mal-kaċċa illegali.

Ekonomija

Sport