Saturday, December 21, 2024

Salvat wieħed mit-12-il passiġġier rappurtati nieqsa fl-inċident tal-Euroferry Olympia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wieħed mill-passiġġieri li kienu jinsabu neqsin wara li l-vapur li kienu fuq nħakem min-nirien qrib il-gżira ta’ Korfù nstab ħaj u ġie salvat.

Skont l-awtoritajiet, il-passiġġier ntlemaħ fuq in-naħa ta’ wara tal-vapur wara li rnexxielu jagħmel kuntatt mal-uffiċjali tas-salvataġġ.

Għalkemm din kienet aħbar tajba, il-ħidma tibqa’ għaddejja bit-tama li jkunu salvati l-bqija tal-passiġġieri li għadhom neqsin li issa niżlu għal 11.

Fost dawk li għadhom rappurtati nieqsa u oħrajn li ġew salvati hemm xufiera tat-trakkijiet mill-Bulgarija, mill-Greċja, mit-Turkija u mil-Litwanja. 

Skont rapporti fil-midja Griega jidher li x-xufiera għażlu li jibqgħu fit-trakkijiet tagħhom aktar milli jitilgħu jitħalltu mal-bqija tal-folla.

Il-vapur, Euroferry Olympia, propjetà tal-kumpanija Taljana Grimaldi Lines kien għadu kemm telaq mill-port ta’ Igoumenitsa fil-Greċja għall-port ta’ Brindisi fl-Italja meta nħakem min-nar. 

Skont stqarrija uffiċjali tal-kumpanija, il-vapur kien qiegħed iġorr 239 passiġġier u 51 membru tal-ekwipaġġ. Madankollu l-gwardja tal-kosta Griega fl-aħħar sigħat qal li fost dawk salvati kien hemm żewġ Afgani li ma kinux reġistrati bħala passiġġieri fuq l-istess vapur.

Ekonomija

Sport