Thursday, July 24, 2025

Salvataġġ f’waqtu … uffiċċjali tal-ERA isalvaw fekruna li nstabet maqbuda b’borża

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-Erbgħa l-uffiċjali tal-konformità u l-infurzar tal-ERA salvaw fekruna waqt li kienu qegħdin xogħol fuq il-baħar.  Il-fekruna nstabet maqbuda f’borża kbira u kienet qed tbati biex tgħum. 

L-uffiċjali tal-ERA ħadu azzjoni immedjata u infurmaw lil-Wildlife Rescue Team Malta  bis-sitwazzjoni. Il-fekruna, ġiet imsemmija Gabrielle u ġiet eżaminata minn veterinarju fejn qed tieħu l-kura necessarja sabiex din ma’ titlifx waħda mill-flippers.

Huwa importanti ħafna li tikkuntattja lill-ERA u lil-Wildlife Rescue Team meta tinzerta sitwazzjonijiet bħal dawn, għax ħafna drabi tkun meħtieġa kura addizzjonali wara li jitneħħew l-għoqiedi. 

Dan l-episodju jfakkarna biex ma narmux skart fil-baħar għax jista’ jikkawża ħsara kbira lill-ħajja marina tagħna. Grazzi kbira tmur lill-uffiċjali tal-ERA u lil-Wildlife Rescue Team

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport