Salvatore Palmentieri ta’ 35 sena ġie identifikat bħala t-Taljan li miet waqt li kien qed jgħum f’Kemmuna.
L-inċident seħħ nhar l-Erbgħa li għadda għall-ħabta tas-1.30pm fil-Blue Lagoon.
Hekk kif il-membri tas-salvtaġġ ERRC ġew mgħarrfa li kien hemm persuna li tinsab f’diffikultajiet għamlu dak kollu posibbli biex isalvawha.
Huma beda jagħtu CPR lit-Taljan u baqgħu jassistuh sakemm twassal fil-port tal-Imġarr Għawdex fejn hemm sab tim mediku b’ambulanza jistennewh.
Minkejja kull tentattiv, ftit tal-ħin wara li ddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex hu ġie ċċertfikat mejjet.
Palmentieri, hu minn Napli, u kien jinsab għal btala f’Malta.
Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Brigitte Sultana.