Hekk kif il-gowlkiper Salvatore Sirigu spiċċalu l-kuntratt ma’ Fiorentina, hu jinsab bħala aġent ħieles. Hu stenna li xi tim Taljan ieħor jitolbu s-servizzi tiegħu iżda minn dan kollu s’issa ma ġara xejn.
Huwa għalhekk li l-gowlkiper ta’ 36 sena qed jiġi segwit minn Rapid Bucharest tar-Rumanija u skont diversi ġurnali tal-pajjiż, hu jinsab pass bogħod milli jingħaqad magħhom.
Sirigu l-Ħadd li għadda kien fil-Giulesti Stadium jassisti għal-logħba li Rapid lagħbu kontra Petrolul u li tilfu bl-iskor ta’ 2-0.