Salvu Mangion ta’ 70 sena, li jinsab mixli bil-qtil ta’ Kyle Mifsud ta’ 33 sena fil-Birgu, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija ta’ €30,000.
Huwa ġie ordnat ukoll biex ma jersaqx lejn il-Birgu, irid jidher il-Qorti meta mitlub, li ma jħallix il-pajjiż u li ma javviċinax lix-xhieda tal-prosekuzzjoni.
Huwa ġie ordnat ukoll sabiex jiffirma l-Għassa ta’ Ħal Qormi kull nhar ta’ Tlieta, Ħamis u l-Ħadd.
Mangion ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li l-Qorti, qieset il-kondotta tal-akkużat u ċ-ċirkostanzi tal-każ. Ġie deċiż ukoll, li hemm biżżejjed provi biex Mangion jitqiegħed taħt att t’akkuża.