Iċ-champion nazzjonali Malti tal-badminton Sam Cassar ta wirjiet li jispikkaw għal Badminton Esbjerg fid-Danmarksserien Div 3 Daniż, f’dik li hija meqjusa b’mod ġenerali bħala wieħed mill-kampjonati nazzjonali tal-badminton l-aktar kompetittivi tal-Ewropa. Minkejja li t-tim tilef bi ftit 7-6 kontra Nr. Lyndelse, Sam wera l-kwalità tiegħu b’żewġ rebħiet importanti.
Fis-singles tal-irġiel, Cassar għeleb lil Markus Nielsen fi straight sets (13-21, 16-21). Wara ssieħeb ma’ Fedir Tiurin biex kiseb rebħa oħra fit-tielet doppjetti tal-irġiel kontra Emil Jørgensen u Kristian Emil Ellegaard Østfeldt (22-24, 16-21).
Sam, li huwa ċ-champion nazzjonali Malti renjanti fis-singles, doubles, u mixed doubles, kien plejer ewlieni għal Badminton Esbjerg 3 dan l-istaġun, u għen lit-tim iżomm ir-4 post fil-kampjonat. Is-suċċessi tiegħu fid-Danimarka jsegwu sena impressjonanti li kienet tinkludi midalja tal-bronż fl-Open tas-Surinam fl-aħħar tal-2024—l-ewwel midalja internazzjonali tal-kbar tiegħu.
Bil-logħbiet tat-tim issa mitmuma, Sam idawwar il-fokus tiegħu biex iħejji għall-ewwel tournament internazzjonali tiegħu tas-sena fl-Iżlanda u aktar tard fil-Kampjonati Nazzjonali ta’ din is-sena bħala Champion renjanti.