Il-Ħadd intlagħbet l-aħħar ġurnata tal-Kampjonat tat-Table Football fejn Samuel Bartolo ġie nkurunat Champion ta’ dan l-Istaġun b’din tkun is-seba’ darba f’dawn l-aħħar 10 staġuni li huwa ħareġ rebbieħ. Jean Carl Tabone, ir-rebbieħ tas-sena l-oħra kklassifika fit-tieni post, filwaqt li Charles Aquilina kiseb it-tielet post.
Mario Camilleri, Frank Chetcuti Dimech u Josef Camilleri ġew relegati għall-Ewwel Diviżjoni.
Promossi għall-Kampjonat Premier mill-Ewwel Diviżjoni kien hemm Mark Gauci (Rebbieħ), George Ebejer u Vincent Mifsud.
Il-Logħob li jmiss ikunu n-Knock-Out u l-Kategoriji li sejrin jintlagħbu fid-19 u l-20 ta’ Novembru.