Monday, September 23, 2024

Samuel Mbangula jsir l-iżgħar plejer Belġjan li skorja fis-Serie A

Aqra wkoll

It-Tnejn li għadda laqat l-għajn l-attakkant żagħżugħ Samuel Mbangula li għen lil Juventus jirbħu lil Como bl-iskor ta’ 3-0 wara li skorja l-ewwel gowl proprju fid-debutt tiegħu.

Barra minn hekk, Mbangula kiser rekord personali hekk kif sar l-iktar plejer żagħżugħ mill-Belġju li skorja fis-serie A. Hu għandu 20 sena u 216-il ġurnata u wara li qatta’ t-tfulija tiegħu jitħarreġ ma’ Club Brugge u Anderlecht, hu ngħaqad ma’ Juventus Next Gen fejn hemmhekk wera sew il-potenzjal tiegħu.

Sport