Il-plejer veteran Franċiż Samuel Umtiti sellem uffiċjalment lill-klabb tiegħu Barcelona. Id-diriġenti Katalani ltaqgħu mar-rappreżentant tal-plejer u b’mod amikevoli ġie rilaxxjat mill-kuntratt li kien qed jorbtu fil-Camp Nou sal-istaġun 2025/26.
Umtiti, li lagħab ma’ Lecce fuq bażi ta’ self fl-istaġun li għadda, kien ilu fil-Katalunja sa mis-sena 2016 fejn b’kollox lagħab 91 partita u skorja biss żewġ gowls. Hu ġie infurmat li m’għandux postu fl-iskwadra ta’ Xavi u għalhekk iddeċieda li jfittex destinazzjoni oħra.