Samuel Umtiti huwa mill-players li Barcelona jridu jneħħu fejn qalulu biex isib club biex il-kuntratt tiegħu jiġi annullat.
Dan id-difensur Franċiż ta’ 28 sena, l-istaġun li għadda ġie utilizzat darba biss bil-konsegwenza li jiddejjaq u jsib avventura x’imkien ieħor.
Iżda huwa sostna li qabel jingħata dak li huwa tiegħu bi dritt mhux se jiċċaqlaq min-Nou Camp.
Umitit għandu jieħu €52 miljun f’pagamenti kuntrattwali. U filwaqt li l-Katalani qed jitolbuh biex inaqqas minnhom, il-player innifsu ħalef li qabel jitlaq mill-club jieħu sal-inqas sold!