Sunday, December 22, 2024

Samuel Umtiti qed ifittex klabb

Aqra wkoll

Barcelona taw ultimatum ta’ 15-il ġurnata għall-plejer Franċiż Samuel Umtiti sabiex isib tim minħabba li għandhom bżonn il-flus u qed jaraw li jbigħuh lil xi ħadd.

Umtiti għadu ġej minn perjodu ta’ self ma’ Lecce fejn kien qed jilgħab b’mod regolari. Minkejja kollox, il-plejer ta’ 29 sena jerġa’ jinsab f’Camp Nou bit-tim Katalan li bħal donnu qed jarawh żejjed u li m’għandu l-ebda pjan għalih għall-istaġun li ġej.

Sadanittant f’dawn l-aħħar sigħat, Olympique Lyon jinsabu interessati fih.

Ekonomija

Sport