Id-difensur internazzjonali Franċiż Samuel Umtiti jrid ikompli jilgħab fl-Italja wara l-aħħar perjodu ta’ self eċċellenti li kellu ma’ Lecce. Il-plejer kien irreġistrat ma’ Barcellona iżda dan ftiehem magħhom sabiex jirrilaxxjawh.
Sadanittant, Hellas Verona bagħtu uffiċjalment lir-rappreżentant tal-plejer għax jinsabu interessati fih. Kien il-kowċ Marco Baroni li ppropona dan it-trasferiment eventwali hekk kif diġa’ kellu ċ-ċans jikkowċja lil Umtiti.