Sunday, August 3, 2025

Waterpolo: San Ġiljan fil-finali mingħajr tbatija

Aqra wkoll

San Ġiljan……..13

Sirens…………….5

(2-0, 3-2, 2-2, 6-1)

San Ġiljan ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Sires bl-iskor kbir t’ 13-5. B’hekk huma kisbu post fil-finali għall-fatt li peressli Sirens temmew il-fażi tal-kampjnat fir-raba’ post, is-Saints kellhom diġá l-ewwel play-off favurihom. Fil-finali il-Ġiljaniżi se jkunu qed jiltaqgħu kontra r-rebbieħ tal-play-off deċisiva bejn Sliema u Neptunes.

Għas-Saints, Daniel Tully, Darren Zammit, Aaron Younger u Nico Schiavone rreġistraw doppjetta personali, waqt li għal Sirens , l-aqwa skorer kien Nicolas Bicari, li rreġistra hat-trick personali.

San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja 1, D. Tully 2, R. Caruana, A. Younger 2, M. Zammit 1, J. Bonavia, B. Plumpton 1, J. Abela, N. Zammit 2, D. Zammit 2, N. Schiavone 2, Z. Attard, G. Bonavia.

Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari 3, P. Borg, J. Cachia 1, K. Agius, M. Ortoleva, I. Riolo 1, J. Zerafa Gregory, M. Sciberras, Z. Mizzi, G. Farrugia, M. Bonello Dupius, G. Pace.

Referees: R. Spiteri, P. De Jong.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport