Barracudas……………….11
San Ġiljan………………….22
(1-3, 2-3, 3-10, 5-6)
Kif kien mistenni, San Ġiljan, xejn ma tħabtu biex għelbu lil Barracudas bl-iskor ta’ 22-11, biex b’hekk il-Ġiljaniżi skorjaw id-doppju tal-goals ta’ Barracudas. Il-coach ta’ San Ġiljan, Zeljko Kovacic, għażel li jutilizza numru ta’ players żgħażagħ, waqt li ż-żewġ barranin, Aaron Younger u Maro Jokovic ġew mistrieħa.
San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Jake Bonavia, Nikolai Zammit u Jeremy Abela. Ivan Gusarov kien fetaħ l-iskor momentarajment għal Barracudas.
Is-Saints rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu Kelvon Calleja, Gabriel Bonavia u l-captain Matthew Zammit. Radovan Latinovic u Ivan Gusarov wieġbu għal Barracudas.
U jekk fl-ewwel u t-tieni sessjoni, Barracudas, żammew il-pass mal-Ġiljaniżi, fit-tielet sessjoni, San Ġiljan, ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom hekk kif rebħuha b’distakk ta’ seba’ goals, meta għamlu dan bl-iskor ta’ 10-3, permezz ta’ Nicholas Bugelli (2), Matthew Zammit (4), Nicholas Bugelli (3) u Darren Zammit. Aleandro Mifsud minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton, u Andrew Magri skorjaw għal Barracudas.
Fir-raba’ u l-aħħar sessjoni, irriżultaw xejn inqas minn 11-il goal bil-Ġiljaniżi joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-5, bl-iskorers ikunu Russell Caruana (3), Jeremy Abela (2) u Nathan Boanvia. Radovan Latinovic, Ivan Gusarov, T. J. Mifsud, Andrew Magri u Nikola Majstorovic wieġbu għal Barracudas.
Barracudas: 1-Isaac Schembri, 2-Nikola Majstrovic (1), 3-Andrew Magri (2), 4-Paul Micallef, 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino, 7-Ivan Gusarov (4), 8-Radovan Latinovic (2), 9-Lucas Roding Paris, 10-Simon Apap, 11-Aleandro Mifsud, 12-T. J. Mifsud, 13-Max Borg, 14-Stefano Debono Grech, 15-William Ruggier Coach: Paul Saliba
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli (2), 3-Andreas Galea, 4-Ben Plumpton, 5-Russell Caruana (3), 6-Matthew Zammit (4), 7-Jake Bonavia (1), 8-Kelvin Calleja (1), 9-Jeremy Abela (3), 10-Nikolai Zammit (4), 11-Darren Zammit (2), 12-Shailon Cutajar, 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia (1), 15-Nathan Bonavia (1) Coach: Zeljko Kovacic
Referees: Neville Mercieca, Antonio Torneo