Sliema………………….8
San Ġiljan…………..11
(0-4, 3-1, 3-4, 2-2)
San Ġiljan rebħu l-Enemed Cup meta għelbu l-isfida ta’ Sliema bl-iskor ta’ 11-8.
Is-Saints għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-0, bil-goals għalihom jaslu minn Ben Plumpton wara li tkeċċa Benji Cachia, Jeremy Abela, il-captain Matthew Zammt u Nikolai Zammit minn man-up wara li tkeċċa Jacob Sciberras,
Fit-tieni sessjoni Sliema wettqu reazzjonint u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers għalihom ikunu Dino Zammit (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Nicholas Bugelli, bit-tieni goal għalih jasal ukoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li tkeċċa Jeremy Abela u Liam Galea. Andreas Galea skorja l-uniku goal għall-Ġiljaniżi.
It-tielet sessjoni pproduċiet xejn inqas minn seba’ goals bil-Ġiljaniżi joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals għalihom jaslu minn Russell Carauna wara li tkeċċa Jeroma Gabarretta, Jeremy Abela (2) u Nicholas Bugelli. Dino Zammit (2) u Liam Galea wieġbu għas-Slimiżi.
L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2, b’Jake Bonavia jirreġistra doppjetta personali għas-Saints, waqt li Dino Zammit u Jerome Gabarretta wieġbu għas-Slimiżi.
Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabaretta (1), 3-Liam Galea (2), 4-Daniel Rizzo, 5-Kieyan Borg, 6-Benji Cahia, 7-Jayden Cutajar, 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg, 10-Elijah Schembri, 11-Zach Mizzi, 12-Dino Zammit (5), 13-Andrew Bugeja Coach: Beto Fernandez
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli (1), 3-Andreas Galea (1), 4-Gabriel Bonavia, 5-Russell Caruana (1), 6-Matthew Zammit (1), 7-Ben Plumpton (1), 8-Jake Bonavia (2), 9-Jeremy Abela (3), 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit, 12-Nathan Bonavia, 13-Gianluca Borg Coach: Zeljko Kovacic
Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri