Thursday, July 31, 2025

San Ġiljan jegħlbu lil Sliema u jtemmu fil-quċċata qabel il-play-offs

Aqra wkoll

San Ġiljan……………16

Sliema…………………15

(4-4, 7-3, 4-2, 1-6)

Fil-partitissima ta’ nofs il-ġimgħa, f’partita mill-isbaħ u f’xalata ta’ gowls, San Ġiljan għelbu lir-rivali eterni Sliema bl-iskor strett ta’ 16-15, biex b’hekk telgħu fil-quċċata tal-klassifika, fejn issa fil-play-offs se jkunu qed jaffrontaw lil Sirens li temmew fir-raba’ post. Min-naħa l-oħra Sliema jaffrontaw lil Neptunes li temmew fit-tielet post.

Sliema wettqu reazzjoni mill-aqwa fir-raba’ u l-aħħar sessjoni hekk kif rebħuha bl-iskor kbir ta’ 6-1, iżda dan wasal tard wisq għalihom biex almenu setgħu joħorġu mill-Pixxina b’riżultat ta’ draw.

Għall-Ġiljaniżi spikka ferm l-Awstraljan Aaron Younger li skorja xejn inqas minn seba’ goals, jiġifieri kważi nofs il-goals kollha tas-Saints. Dan filwaqt li l-aqwa skorer għal Sliema kien iż-żagħżugħ Elijah Schembri, b’ħames goals.

Ta’ nota huwa l-fatt li f’nofs it-tieni sessjoni tkeċċa permezz ta’ karta ħamra diretta, il-coach Grieg ta’ Sliema, Giannis Katrouzanakis, minħabba xi rimarki li għadda fil-konfront tar-referee Taljan, A. Paoletti.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Dean Bugeja, 3-Daniel Tully, 4-Russell Caruana (1), 5-Aaron Younger (7), 6-Matthew Zammit (1), 7-Jake Bonavia (2), 8-Ben Plumpton (3), 9-Jeremy Abela (2), 10-Nikolai Zammit, 11-Darren Zammit, 12-Nico Schiavone, 13-Zak Attard, 14-Gabriel Bonavia Coach: Giorgos Katsaounis

Sliema: 13-Benji Busuttil, 2-Elijah Schembri (5), 3-Liam Galea, 4-Jamie Gambin (1), 5-Jayden Cassar, 6-Benjamin Cachia, 7-Jayden Cutajar (2), 8-Daniel Rizzo (1), 9-John Brownrigg, 10-Andreas Galea (1), 11-Angelos Vlachopulos (3), 12-Dino Zammit (2), 1-Nicky Grixti, 15-Sam Engerer Coach: Giannis Katouzanakis

Referees: A. Paoletti, Alex De Raffaele

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport