San Ġiljan Saints kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun bi stil hekk kif ħasdu lil Marsa St Michael u rebħulhom 4-3.
Is-Saints tellgħu kontrattakki ferm veloċi u minkejja li l-avversarji tagħhom kellhom aktar mill-pussess, huma kienu reżiljenti biżżejjed biex ħadu ċ-ċansijiet tagħhom u kkastigawhom għal erba’ darbiet.
Il-bidu kien wieħed emozzjonanti hekk kif San Ġiljan Saints marru minn fuq fil-15-il minuta permezz ta’ Jamie Bowlby Whiting sabiex minuta wara Darko Todorowski ġab l-iskor indaqs għall-Marsin. Juan Navarro Muller għamilhom 2-1 għal Marsa iżda qabel tmiem l-ewwel taqsima, Victor Sandy Paillot ġab id-draw għas-Saints bl-ewwel taqsima tagħlaq 2-2.
Fit-tieni taqsima, Radu Vlase poġġa għal darb’oħra lill-Ġiljaniżi minn fuq fit-48 minuta sabiex fil-ħin mogħti żejjed mir-referee ġew irreġistrati żewġ gowls oħra l-ewwel minn Nathan Robb għal San Ġiljan bi Steven Adepoju li naqqas il-marġni tal-iskor għal Marsa.
Referee kien Peter Abela.
Valletta St Paul’s komplew fit-triq tal-progress hekk kif għelbu lil San Ġwann Pro Evolution Academy 3-2.
Il-qofol tal-partita ntlaħaq fl-ewwel taqsima meta t-tim mill-kapitali skorjaw il-gowls tagħhom bi tripletta ta’ Guillherme De Lima Mendes b’Matisse Papot Cappai u Reda El Ashasi li naqqsu l-marġni tal-iskor għall-istudenti Franċiżi għal darba darbtejn.
Referee kien Alper Can.
Fit-tieni diviżjoni, spikka l-konfont dirett bejn Attard Edex Kings u Gudja Wanderers mirbuħ minn tal-ewwel bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku gowl tal-logħba li ġie skorjat fis-16-il minuta permezz tal-attakkant Brażiljan Roberty Felix.
B’din ir-rebħa, Attard issa telgħu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika bit-12-il punt daqs Swieqi United AFC.
Referee kien Alex Grech.
Ħamrun Sporting komplew bil-mument pożittiv tagħhom hekk kif b’żewġ gowls ta’ Tijani Sowe għelbu lil Ta’ Ġiorni Wanderers 2-1. L-uniku gowl għal dawn tal-aħħar ġie skorjat minn Giuseppe Mancini.
Referee kien Thomas Debono.
Birżebbuġa St Peter’s AFC kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun għalkemm ħallew fl-aħħar sabiex rebħu lil Mqabba Albions 2-0 b’doppjetta ta’ Oussama Boutayeb fid-59 u fis-66 minuta.
Referee kien Karl Stefan Galea.
KLASSIFIKA L-EWWEL DIVIŻJONI
- Għaxaq Wolves – 9
- Senglea Gunners – 7
- Valletta St Paul’s – 6
- Valletta Stars – 4
- Marsa St Michael – 4
- San Ġiljan Saints – 3
- Balluta Barracudas – 1
- San Ġwann Pro Ev – 0
KLASSIFIKA IT-TIENI DIVIŻJONI
- Swieqi United AFC – 12
- Attard Edex Kings – 12
- Gudja Wanderers – 9
- Ħamrun Sporting – 8
- Birżebbuġa SP AFC – 4
- St Paul’s Bay NMFC – 1
- Ta’ Ġiorni W – 1
- Mqabba Albions – 1
- Naxxar Victorians – 0
Sadanittant bdiet ukoll il-kompetizzjoni tat-tazza tas-70 anniversarju fejn fir-round preliminari, Senglea Gunners għelbu lil Naxxar Victorians 4-1.
George Frendo, Ola Olajide, Ogar Augustine u Christopher Philip Balotelli skorjaw il-gowls għas-Sengleani sabiex Gabriel Scerri naqqas il-marġni tal-iskor għal Naxxar Victorians.
Issa t-tim mill-Kottonera jaffaċċja lil Valletta Stars fl-ewwel round ta’ din il-kompetizzjoni. Referee kien Gjorgji Bitri.

