Marsaskala……………….9
San Ġiljan………………..22
(1-8, 2-5, 4-2, 2-7)
Kif mistenni, San Ġiljan, irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Marsaskala meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 22-9, bil-Ġiljaniżi jkunu diġá assigurati mir-rebħa sa tmiem l-ewwel sessjoni, hekk kif kienu diġá bnew vantaġġ ta’ seba’ goals.
San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 8-1, bil-goals għalihom jaslu minn Andreas Galea (2), il-captain Matthew Zammit (2), bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Mark Carani, Maro Jokovic, Ben Plumpton (2) u Aaron Younger. Gerald Sammut minn man-up wara li tkeċċa Maro Jokovic skorja l-uniku goal għall-Iskalin.
Il-Ġiljaniżi rebħu wkoll it-tieni sessjoni, din id-darba bl-iskor ta’ 5-2, bl-iskorers għalihom ikunu Darren Zammit minn man-up wara li tkeċċa Jean Claude Cutajar, Matthew Zammit, Nicholas Bugelli (2) u Nikolai Zammit. Benice Batori u Mark Carani minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton irrispondew għal Marsaskala.
Bir-rebħa diġá assigurata San Ġiljan naqsu mir-rendiment tagħhom fit-tielet sessjoni u fil-fatt sfaw megħluba bl-iskor ta’ 4-2, bl-awtari tal-goals għalihom ikunu l-veteran Paul Privitera, Gerald Sammut minn man-up wara li tkeċċa Jeremy Abela, Mark Carani u Benice Batori. Jake Bonavia u Kelvin Calleja sabu x-xibka għas-Saints.
Iżda fl-aħħar sessjoni, irritornat ix-xalata ta’ goals mill-Ġiljaniżi, hekk kif huma ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 7-2, bl-iskorers għalihom ikunu Nikolai Zammit (3), Matthew Zammit (2) bl-ewwel goal ghalih jasal minn man-up wara li tkecca Raoul Greco, Russell Cauana ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Mark Carani u Darren Zammit għal darb’oħra minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li tkeċċa David Pace Lupi.
Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera (1), 5-Raoul Greco, 6-Ferenc Salamon, 7-Kyle Navarro, 8-Daniel Tully, 9-David Pace Lupi, 10-Gerald Sammut (3), 11-Benice Batori, 12-Mark Carani (2), 13-Aidan Muscat, 14-Bence Batori (3), 15-Francesco Scardino Coach: Arpad Babay
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli (2), 3-Andreas Galea (2), 4-Ben Plumpton (2), 5-Maro Jokovic (1), 6-Matthew Zammit (5), 7-Jake Bonavia (1), 8-Aaron Younger (1), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (4), 11-Darren Zammit (2), 12-Russell Caruana (1), 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Kelvin Calleja (1) Coach: Zeljko Kovacic
Referees: Neville Mercieca, Andrea Baretta