Pietá H. …………….…… 0
San Ġwann…………… 2
F’partita kkaratterizzza minn xita kontinwa, San Ġwann, issorprendew bis-sħiħ meta għelbu lil Pietá Hotspurs bl-iskor ta’ 2-0, biex eliminawhom mill-IZIBET FA Trophy u kisbu post storiku fil-kwarti tal-finali tal-istess kompetizzjoni.
Kien biss fis-36 minuta, li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, xutt tminn qagħda ideali a’ Anis Ajroud għal Pieta’ bil-ballun għadda ftit barra.
San Ġwann fetħu l-iskor fit-62 minuta permezz ta’ freekick mill-isbaħ mid-distanza ta’ NICOLAS VIRANOli ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Pietá, Reeves Cini.
.
Fl-74 minuta, Pietá qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Daniel Zerafa permezz ta’ karta ħamra diretta.
Fit-82 minuta, San Ġwann irduppjaw l-iskor biex issiġillaw ir-rebħa, meta s-sostitut Tobi Akiti kellu xutt salvat parzjalment minn Reeves Cini, biex mir-rebound l-istess TOBI AKITIllobja l-ballun minn fuq Cini.
Pietá H.: 1-Reeves Cini, 2-Samuel Okoh, 3-Clinton Bangura, 5-Temitope Abraham, 6-Daniel Zerafa, 8-Terence Agius (10-Kian Leonardi 46), 9-Armen Hovhannisyan, 17-Kurt Briffa (24-Ganiu Ogungbe 46), 19-Anis Ajroud (99-Takuma Yamaguchi 46), 22-Zean Leonardi, 77-Davi Miranda (7-Jake Ghio 77) Coach: Rodney Bugeja
San Ġwann: 26-Jake Pisani, 6-Myron Micallef (33-Andrew Xuereb 66), 7-Gianluca Zammit (11-Kyle Gatt 83), 21-Jesusemen Omoruanzoje, 22-Kemokoh Toure (12-Tobi Akiti 72), 23-Reon Saito, 24-Jake Grech, 29-Glen Pace (73-Matteo Tanti 87), 31-Isaac Cutajar, 32-Gonzalo Nicolas Virano, 66-Kyle Bartolo
Referee: Slobodan Petrovic
Ass. Referees: Duncan Sultana, Max-Lee Muscat
Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson
Skorers: N. Virano 62, T. Akiti 82 (SĠ)
Tkeċċa: D. Zerafa 74 (P)
Ammoniti: C. Bangura (P), K. Toure, A. Xuereb (SĠ)