San Ġwann Tiki Taka A rebħu r-Regional League 2024/25 organizzat mill-Malta Blackball Federation meta fil-finali huma għelbu lil Qormi Anici Boys 11-9.
Kienet logħba denja ta’ finali bejn żewġ timijiet li dejjem kienu konsistenti tul l-istaġun kollu. It-tim minn San Ġwann dejjem kien minn fuq għalkemm il-Qriema qatt ma ċedew pulzier għalkemm l-isforzi tagħhom ma kinux biżżejjed. Il-boċċa finali daħħalha Troy Zammit li biha aċċerta lit-tim tiegħu mir-rebħa finali.
San Ġwann Tiki Taka kellhom lil Keith Caruana, Gabriel Vella, Troy Zammit, Dwight Charles, Liam Mifsud, Matthias Debono u Jason Grech.
Fi tmiem il-konfront setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Ġwann Tiki Taka A mal-preżentazzjoni tat-tazza.
Din kienet ġimgħa intensiva għal Malta Blackball Federation hekk kif saru ħames finali hekk kif Ħamrun 147 A rebħu ċ-Cisk Premier League,, Ħamrun 147 C kisbu suċċess fir-Regional League, PL Balzan rebħu l-finali tal-Community League filwaqt li Siġġiewi Montekristo rebħu l-Amateur Cup.