Friday, December 19, 2025

San Ġwann Tiki Taka Buddies jirbħu l-Community Christmas Trophy

Aqra wkoll

San Ġwann Tiki Taka Buddies għelbu lil Birkirkara Boċċi 13-11 fil-finali tal-Community Christmas Trophy li saret fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.

Kif jindika l-iskor, il-logħba kienet bilanċjata sal-aħħar fejn saħansitra kellha tmur għas-sessjoni ta’ decider u eventwalment kienu t-tim minn San Ġwann li rebħu 13-11. Għal San Ġwann dan kien unur importanti minħabba li rebħu d-double fi staġun ferm pożittiv li qed ikollhom.

San Ġwann Tiki Taka Buddies lagħbu b’Gordon Said, Neil Caruana, Andrea Sammut, Bernard Borg, Joe Vella, Jonathan Vella, Daniel Grima, Marco Bonello, Keith Caruana, Carmelo Zammit u Gianluca Vella bil-kowċ li kien Godwin Calleja.

Birkirkara Boċċi kellhom lil Sheldon Lanzon Attard, Izaak Muscat, Jurgen Galea, Matthew Vella, Kieron Fenech, Antoine Schembri, Waylon Micallef, Sheldon Brown, Clyde Briffa, Jerome Fiteni u Justin Farrugia bil-kowċ li kien Dylan Zammit.

Fi tmiem il-konfront, is-sur Christopher Busuttil f’isem il-Malta Blackball Federation ippreżenta t-tazza lill-coach ta’ San Ġwann Tiki Taka Buddies Godwin Calleja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport