Thursday, October 9, 2025

San Ġwann Tiki Taka Buddies jirbħu l-Community KO

Aqra wkoll

San Ġwann Tiki Taka Buddies huma r-rebbieħa ta’ Community knock-out tal-Blackball meta f’finali emozzjonanti għelbu lil Birkirkara Juve 13-11.

Kienet logħba fejn San Ġwann kienu kważi dejjem fil-vantaġġ tant li sal-ewwel taqsima kien 6-4. Minkejja kollox, il-Karkariżi dejjem baqgħu wara l-avversarji tagħhom u minkejja li kienu qegħdin jitilfu l-aħħar parti kienet tagħhom tant li l-iskor kien dak ta’ 10-10. Minn hemm kellha tinfetaħ il-ħames kaxxa u eventwalment San Ġwann Tiki Taka Buddies rebħu 13-11.

Sadanittant illum tintlagħab il-finali tar-Regional Knock-Out hekk kif Qormi Pinto jilagħbu kontra Birkirkara Youngsters.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport