San Ġwann Tiki Taka rebħu l-kompetizzjoni reġjonali knock-out meta f’finali missielta huma għelbu lil Birkirkara Youngsters 11-8.
San Ġwann bdew bl-aħjar mod possibbli din il-finali meta stabilixxew vantaġġ komdu ta’ 4-0 għalkemm il-Karkariżi bdew ġejjin fejn ħin minnhom l-iskor kien 5-4.
Minkejja kollox, San Ġwann Tiki Taka baqgħu konċentrati u preċiżi fejn żammew il-plejers tagħhom żammew il-konsistenza tant li fl-aħħar mill-aħħar spiċċaw rebħu 11-8.
Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ San Ġwann Tiki Taka Roberto Vella.