L-UEFA u l-president Alexander Ceferin irrappurtaw li Stadio San Siro, l-istadium li normalment jintuża’ minn Inter u Milan, ma laħaqx 11 minn 22 rekwiżit meħtieġ biex jilqa’ l-finali tal-UEFA Champions League 2027 u logħob ta’ EURO 2032. Skont rapport f’gazzetta Taljana, il-punteġġi f’oqsma bħas-sigurtà, sostenibilità, VIP u media kienu inadegwati.
Fl-ittra mibgħuta lill-Kunsill Lokali, l-UEFA għamlet referenza wkoll għad-diviżjoni tal-ħadid bejn is-setturi, li ma tissodisfax l-istandard meħtieġ. Dan jħalli riskju li l-Italja jkollha tħalli barra stadium li għal ħafna hu wieħed ferm emblematiku.