L-isem ta’ San Valentinu huwa immedjatament rikonoxxut minħabba l-“Jum San Valentinu” ċelebrat internazzjonalment kull 14 ta’ Frar.
F’dan il-jum, in-nies jesprimu l-imħabba tagħhom lil maħbubin tagħhom billi jagħtuhom xi kaxxa ċikkulatini, bukkett fjuri, xi rigal ieħor jew joħorġuhom jieklu xi post sabiħ.
Iżda fl-aħħar mill-aħħar kemm hu sabiħ li bħal din il-koppja, li ġibdet l-għajn tal-fotografu tagħna, il-maħbubin jiddedikaw ħin veru għal xulxin, jisimgħu lil xulxin u jkunu hemm preżenti biex għal kull sfida li l-ħajja taf taffronta, ikunu jafu li għandhom lil xulxin biex jaffrontawha.
Dan il-jum jgħaddi bħal kull jum ieħor, iżda għall-imħabba vera m’hemmx tmiem.