Sandro Grech se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li ġej, 14 ta’ Marzu fit-8.00am fil-Knisja Arċipretali ta’ San Bastjan f’Ħal Qorti.
Sandro bl-għajnuna tal-Maltin u anke tal-Gvern kien ingħata l-aħħar ċans li jgħix meta nġabru l-flus biex jieħu l-kura fiċ-Ċina. Minkejja kull tentattiv biex ifieq, hu miet fit-22 ta’ Frar li għadda.
Martu kitbet fuq il-midja soċjali li dawk li se jmorru biex jagħtu l-aħħar tislima liż-żewġha mhux obbligati li jilbsu l-iswed.

