Sandro Tonali kien l-eroj fir-rebħa ta’ Milan fuq Verona bl-iskor ta’ 2-1 biex telgħu fit-tielet post tal-klassifika.
Ir-Rossoneri kellhom bidu mill-aqwa meta wara biss disa’ minuti fetħu l-iskor meta azzjoni mibdija minn pass lura erratiku ta’ Ajdin Hrustic li approfitta minn Olivier Giroud li għadda lejn Rafael Leao li avvanza u t-tentattiv tiegħu kien devjat minn Miguel Veloso għal auto-goal sfortunat.
Iżda fid-19-il minuta, Verona kisbu d-draw minn Koray Gunter liema xutt deher faċli għall-goalkeeper Ciprian Tatarusanu iżda l-ballun ġie devjat minn Matteo Gabbia għal ġox-xibka.
Fis-56 minuta, Verona kienu sfortunati li ma marrux fil-vantaġġ meta Roberto Piccoli ġie mċaħħad mill-mimduda.
Mandankollu disa’ minuti mit-tmiem, Milan skorjaw il-goal tar-rebħa meta Sandro Tonali kkonkluda mill-pass ta’ Ante Rebic.