Bħalissa fis-suq tat-trasferiment fl-Italja, iż-żewġ players mill-clubs tal-belt ta’ Milan, Nicoló Barello (Inter) u Sandro Tonali (Milan) qed jiġbdu l-attenzjoni ta’ Newcastle United.
Filwaqt li Barella qed jiġi wkoll segwit minn Liverpool u Manchester United, il-Magpies xeħtu l-attenzjoni tagħhom fuq Tonali.
Rapporti fil-media Taljana qed isostnu li l-offerta tal-club Ingliż hija dik ta’ €60 miljun. Iżda t-talba tar-Rossoneri hija dik ta’ €80 miljun.
Qed jingħad ukoll li l-Magpies laħqu ftehim mal-player innifsu bis-salarju tiegħu mistenni jittrippla.