Saturday, December 21, 2024

Sant ma jistagħġibx li l-UE mhix tagħti widen lil Malta dwar l-immigrazzjoni

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

L-ewroparlamentari Alfred Sant qal f’kumment fuq il-midja soċjali li ma jistagħġibx li l-Unjoni Ewropea ma tantx tagħti widen meta l-Gvern Malti jwissi dwar il-problemi tal-immigrazzjoni li qegħdin jinqalgħu mil-Libja ‘l fuq. 

Fil-fatt, fil-kumment tiegħu Sant qal li hu dejjem kien jaf b’din il-ħaġa u sostna li din kważi dejjem ġrat, inkluż anke minkejja dak li sejjaħlu bluff taħt l-amministrazzjoni ta’ Lawrence Gonzi. 

Min-naħa l-oħra, l-eks-Prim Ministru qal li għax hu kien jaf b’dawn l-affarijiet u semmihom, hu ġie mlaqqam bħala ewro-xetttiku u kontra l-Ewropa.

Ekonomija

Sport